Lokali

Tintemm b’suċċess l-għawma ta’ Neil Agius minn Sqallija sa Malta

F’ħin impressjonanti ta’ 28 siegħa f’għawma ta’ 100km

Kien għall-ħabta tad-9.15 tal-Ġimgħa filgħodu meta Neil Agius tela’ l-art f’San Ġiljan quddiem mijiet ta’ nies li laqgħuh f’ewforija sħiħa wara għawma ta’ 100km minn Sqallija.

Agius, ta’ 34 sena, niżel il-baħar f’Ragusa, għall-ħabta tal-5.15 tal-Ħamis filgħodu fejn b’kollox għamel mat-28 siegħa jgħum. Neil għam mingħajr għajnuna ta’ xejn filwaqt li tela’ l-art fil-pitch ta’ San Ġiljan waħdu – liebes biss malja tal-għawm u kappa.

Ritratt: Martin Agius

Fl-ewwel kummenti tiegħu ma’ Net News, Neil spjega li fl-ebda mument ma qata’ qalbu minkejja li f’xi waqtiet stqarr li kien maħkmum minn emozzjonijiet diversi kemm dawk li jqanqlulek tbissima kif ukoll ta’ biki. Madanakollu saħaq li kien determinat jtemm b’suċċess din l-isfida tiegħu bil-għan li jispira lil ħaddieħor.

Ritratt: Martin Agius

Neil għamel din l-isfida personali bħala parti mill-kampanja favur kuxjenza dwar l-ambjent ta’ madwarna, Wave of Change – kontra t-tfigħ tal-plastika fl-ibħra tagħna. Fil-mikrofonu ta’ Net News huwa sostna li dan m’għamlux biss biex tinħoloq kuxjenza dwar dan iżda ankè sabiex jispira lil ħaddieħor sabiex jieħu ħsieb saħtu.

Net News tkellem ukoll ma’ omm Neil fejn stqarret li malli ta l-aħbar dwar x’kien ser jagħmel għal bidu kienet kemmxejn beżgħana madanakollu tatu kull sostenn meħtieġ. Hija rringrazzjant lil kull min bżxi mod ta sostenn u għajnuna lil binha sabiex din l-isfida ntemmet b’suċċess.

Ritratt: Martin Agius