Għawdex Lokali

Għawdxi fil-periklu tal-mewt wara n-nar fil-port tal-Mġarr

Erba’ dgħajjes sorġuti fil-marina tal-port tal-Mġarr f’Għawdex sfaw maħkuma minn nirien matul il-lejl.

Kelliem għall-Pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30a.m. u tnejn mill-erba’ dgħajjes sofrew ħsarat estensivi. Fuq il-post marru membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll Pulizija u tim mediku.

Żewġt irġiel kellhom jiġu rikoverati fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex minħabba li sofrew xi ġrieħi. L-irġiel huma żagħżugħ ta’ 29 sena residenti l-Mellieħa u raġel ta’ 34 sena residenti Għajnsielem Għawdex. Il-ħidma mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ma jerġgħux ifeġġu in-nirien għadha għaddejja propju f’dawn il-ħinijiet.