Lokali

AĠĠORNATA: Operazzjoni ta’ tiftix fiz-zona tal-Imtaħleb

Bħalissa għaddeja operazzjoni kordinata bejn il-Pulizija u l-AFM wara rapporti li instemgħu xi nies isejjħu għall-għajnuna fl-inħawi ta’ Għar id-Dwieb, limiti tal-Imtaħleb.

Is-sejħa saret kmieni dalgħodu minn persuna li għandu xi għelieqi f’din iz-zona.

L-operazzjoni għaddeja bl-għajnuna ta’ ħelikopter. Fiz-zona waslet ukoll ambulanza, u anke membri tal-Protezzjoni Ċivili.

S’issa t-tfittxija rriżultat fin-negattiv.

Aktar aġġornamenti fil-ħin li ġej.

Ikkummenta