Internazzjonali

Stati Uniti: Jinsistu biex l-Obamacare ikun invalidat

MIAMI, FL - DECEMBER 15: Alberto Abin walks out of the UniVista Insurance company office after shopping for a health plan under the Affordable Care Act, also known as Obamacare, on December 15, 2015 in Miami, Florida. Today, is the deadline to sign up for a plan under the Affordable Care Act for people that want to be insured on January 1, 2016. (Photo by Joe Raedle/Getty Images)

Il-Gvern Amerikan talab lill-Qorti Suprema tal-pajjiż biex tinvalida l-iskema ta’ Obamacare li provdiet l-assikurazzjoni tas-saħħa lil miljuni ta’ Amerikani.

L-avukati tal-Gvern qalu li l-Att sar invalidu ladarba l-Kungress ta’ Washington preċedenti, immexxi mir-Repubblikani, kien elimina diversi partijiet minnu.

Sadanittant, Joe Biden, li f’Novembru jisfida lil Donald Trump għall-Presidenza tal-Istati Uniti għan-nom tal-Partit Demokratiku, ikkundanna dan il-pass mill-Gvern Amerikan u sostna li ‘il-President Trump poġġa l-ħajja ta’ miljuni ta’ Amerikani f’periklu waqt il-pandemija tal-Covid-19’.

Il-kura tas-saħħa hi issue elettorali sinifikanti li tista’ taffettwa bil-kbir ir-riżultat tal-elezzjoni għall-Presidenza. Mal-20 miljun Amerikan jistgħu jitilfu l-assikurazzjoni f’dan il-qasam f’każ li l-Qorti Suprema taqleb l-Affordable Care Act li kien introduċa l-eks President (Demokratiku) Amerikan, Barack Obama.

L-Att jesiġi biex miljuni ta’ Amerikan jixtru l-assikurazzjoni tas-saħħa jew jiffaċċjaw penali relatata mal-ħlas ta’ taxxa. Intant, Donald Trump qed jgħid li l-iskema tiswa wisq flus u qed wiegħed pjan differenti ‘biex jieħu postha’.