Din kienet sena skolastika li l-istudenti qatt ma għexu bħalha. Sena li ufficjalment ġiet fi tmiemha għall-istudenti Maltin u Għawdxin propju llum.
F’dan il-jum, għalliema ta’ diversi skejjel, fosthom dawk ta’ l-iskola Primarja fi ħdan il-kulleġġ San Ġorġ Preca, il-Ħamrun, u dawk ta’ l-iskola Primarja ta’ Ħad Dingli fil-Kulleġġ San Nikola, sabu mezz kif isellmu b’mod oriġinali lill-istudenti tagħhom.
L-edukaturi, wara xhur mifruda mill-istudenti maħbubin tagħhom, ħassew li kellhom jagħmlu xi ħaġa biex juru lit-tfal kemm verament immisjawhom.
Huma inġabru flimkien,ramaw il-karozzi tagħhom, u daru dawra fit-toroq tal-irħula rispettivi tagħhom, isellmu lit-tfal, li minn naħa tagħhom ħarġu jxejjru u juru posters li kellhom imeħjjijin għal din it-tislima b’differenza.
Tislima, li qanqlet ħafna emozzjonijiet kemm fl-istudenti, kif ukoll fl-edukaturi.
B’dan il-mod tassew ħelu ġiet fi tmiemha sena partikolari… sena li wieħed jittama ma nerġgħux naraw oħra bħalha.
//= $special ?>