Lokali

Żagħżugħ jindarab gravi f’sit ta’ kostruzzjoni

Mill-Arkivji

Żagħżugħ ta’ 18-il sena kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ minn għoli fuq il-post tax-xogħol.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.20pm meta fi Triq ir-Repubblika, fil-Belt Valletta, meta għal xi raġuni mhux magħrufa l-vittma mill-Kosta tal-Avorju wara minn għoli f’sit ta’ kostruzzjoni.

Fuq il-post ġew msejħa minnufih membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku tal-ambulanzi li ħadu liż-żagħżugħ l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Sadanittant il-Pulizija tad-Distrett għaddejjin bl-investigazzjonijiet meħtieġa.