Futbol Sport

Arjen Robben se jirritorna ma’ FC Groningen

(Ritratt: eurosport.com)

Wara li rtira fi tmiem l-istaġun li għadda l-Olandiż Arjen Robben, ħabbar li se jkun qiegħed jirritorna fil-grawnd mat-tim li beda l-karriera tiegħu miegħu FC Groningen.

F’vidjo fuq is-sit uffiċjali tal-klabb Olandiż, Robben qal li se jkun qiegħed jirritorna fil-post li sejjaħ bħala “daru”. Qal li f’dan il-mument ta’ kriżi għad-dinja u anke għal FC Groningen, huwa kien lest jagħmel minn kollox biex jgħin lill-klabb Olandiż.

Robben qal li ma ħasibiex darbtejn għat-talba ta’ FC Groningen. Arjen Robben lagħab 96 darba għal pajjiżu u kien ma’ FC Groningen bejn is-sena 2000 u 2002 qabel ma’ mar ma’ PSV. Hu lagħab ukoll għal Chelsea, Real Madrid u Bayern Munich.