Lokali

Edward Scicluna qed jilgħabha tal-vittma – PN

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista saħaq li Edward Scicluna qal li huwa l-vittma fl-iskandlu tal-korruzzjoni fil-proġett tal-Enemalta fil-Montenegro. “Qalilna li m’għandniex nwaħħlu fih.”

Edward Scicluna ħa żball. Qed jilgħabha tal-vittma minflok jiskuża ruħu mal-poplu Malti u Għawdxi li nsteraq €10 miljun, tgħid l-istqarrija ffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi Mario de Marco, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Governanza Tajba, Tisħiħ tad-Demokrazija, għaċ-Ċittadinanza u r-Riforma tas-Servizz Pubbliku Karol Aquilina u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Enerġija u Konservazzjoni u Immaniġġjar tal-Ilma Ryan Callus.

L-istqarrija temmet tgħid li bl-eżempju li ta Edward Scicluna stess, meta l-ħalliel Konrad Mizzi daħal f’darna biex jisraqna, huwa bħala Ministru tal-Finanzi mhux biss baqa’ ċass iżda vvota favurih.