Futbol Sport

Espanyol ikeċċu l-kowċ għat-tielet darba dan l-istaġun

(Ritratt: EPA)

Espanyol keċċew għat-tielet darba dan l-istaġun il-kowċ tagħhom. Huma keċċew lill-kowċ Abelardo Fernandez bit-tentattiv li jbiddlu r-rotta u jsalvaw posthom fil-La Liga għas-26 darba. Fernandez ġie appuntat kowċ ta’ Espanyol f’Diċembru wara li David Gallego u Pablo Machin ma kisbux ir-riżultati mixtieqa.

Minn wara t-tkomplija tal-La Liga wara l-waqfa minħabba l-pandemija kontra l-coronavirus Espanyol wettqu bidu pożittiv, iżda t-telfa ta’ 1-0 ta’ nhar il-Ħamis kontra Real Betis kienet l-aħħar partita ta’ Fernandez. Ma’ Espanyol, Fernandez kiseb tliet rebħiet u ħames draws minn 13 –il partita.

Espanyol ħabbru li d-Direttur Sportiv Francisco Rufete se jkun qiegħed jieħu t-tmexxija tat-tim għal bqija tal-istaġun. Huma jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika tal-La Liga b’24 punt, tmien punti bogħod minn Eibar li jinsabu fis-17 –il post.