Lokali

FILMAT: Nirien jiżviluppaw fil-viċinanzi tal-miżbla tal-Magħtab

Nirien imdaqqsa ġew ikkontrollati mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Filmat li rċieva NET News is-Sibt filgħaxija juri nirien li żviluppaw fil-viċinanzi tal-miżbla tal-Magħtab, qrib lukanda ewlenija fis-Salina.

Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qalilna li n-nar imdaqqas żviluppa viċin il-Magħtab u t-Torri tal-Għallies.

Dan ġie kkontrollat mill-membri tal-istess dipartiment f’operazzjoni li kienet tinvolvi pumpiera mill-istazzjonijiet ta’ Pembroke u l-Mistra.

Ikkummenta