#muscatgate Kummerċ Lokali Qtil Politiku

FILMAT: “Pajjiżna għandu bżonn viżjoni”

L-avukati Joe Giglio u Bernard Grech jipparteċipaw f’diskussjoni fil-programm Xarabank fuq il-kriżi fil-Partit Laburista bit-tkeċċija ta' Konrad Mizzi

L-esponenti tal-Partit Laburista Andy Ellul u Robert Musumeci, jibqghu jattakkaw b’mod negattiv lill-Partit Nazzjonalista – u waqt il-programm Xarabank, ma wiegbu xejn dwar l-iskandli oxxeni li hakmu lill-Gvern Laburista. Anzi, baqghu jiddefendu lil Joseph Muscat u lil Robert Abela.

B’kuntrast, l-avukati Bernard Grech u Joe Giglio prezentaw il-vizjoni li qed jitlob il-poplu mill-politici; bil-PN deskritt bhala dak il-partit li mhux biss irid jassigura l-gustizzja, iżda li jissaħħaħ il-ġid komuni.

Waqt id-dibattitu tal-Gimgha filghaxija fuq TVM, l-avukat Joe Giglio stqarr li l-poplu ghandu bzonn vizjoni pozittiva u ma jridx jibqa’ jisma’ skandlu wara l-iehor minn naha tal-Gvern.

L-istess stqarr l-avukat Bernard Grech, illi fakkar kif bl-iskandli u l-korruzzjoni huma n-nies li qed ibatu…ghaliex il-korruzzjoni tfisser biss serq ta’ miljuni li qed imorru f’kumpaniji sigrieti minflok imorru fi bwiet il-haddiema, l-anzjani, iz-zghazagh u l-familji.

Sinifikanti l-istqarrija li ghamel il-Perit Musumeci f’dan l-istess programm, meta tkellem dwar l-appoġġ lejn Joseph Muscat…u mhux lejn Robert Abela.

Hu assigura li Joseph Muscat, li sal-lum ghadu deputat laburista, m’ghandu xejn x’jahbi. Iżda meta gie mistoqsi “ghaliex f’Jannar irrizenja”, il-Perit Musumeci ma wegibx.