Futbol Sport

Ikomplu jiżdiedu l-problemi għal Aston Villa

(Ritratt: EPA)

Fl-unika partita li kellna llum mill-Premier League, Aston Villa sfaw megħluba 1-0 f’darhom minn Woles. Aston Villa fetħu tajjeb u kellhom ċans ta’ skor fl-14 –il minuta meta minn corner ta’ Hourihane, Hause għola tajjeb bid-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi ftit barrra. Wolves irrispondew u ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima, Diego Jota naqa milli jikkontrolla pass tajjeb ta’ Doherty bl-azzjoni tisfuma fix-xejn.

L-uniku gowl tal-partita wasal fit-62 minuta meta Jonny b’pass preċiż sab lil DENDONCKER li b’konklużjoni fil-baxx għeleb lil Nyland. B’hekk Wolves komplew jersqu eqreb lejn ir-raba’ post li jfisser post fl-Ewropa filwaqt li b’din it-telfa Aston Villa komplew iżidu il-periklu li jiġu relegati fl-ewwel staġun tagħhom fir-ritorn tal-Premier League.