Il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella sejjaħ skwadra ta’ 32 plejer biex tinbeda l-preparazzjoni għar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena li se jsir f’Settembru fejn pajjiżna se jilgħab kontra l-Irlanda ta’ Fuq u r-Rumanija.
L-iskwadra hija komposta minn bosta elementi fosthom plejers ta’ esperjenza mat-tim ta’ taħt il-21 sena u oħrajn ġodda kif ukoll hemm inklużjoni ta’ plejers mill-Ewwel Diviżjoni.
L-iskwadra kollha:
Gowlkipers: Andreas Vella (attwalment bla klabb), Timothy Aquilina (Sliema Wanderers ), Amara Sylla (Birkirkara ), Cain Formosa (San Ġwann).
Difensuri: Gary Camilleri (Balzan ), Conor Zammit (Hibernians ), Dejan Debono (Senglea Athletic), James Scicluna (Pietà Hotspurs), Darren Borg (Ħamrun Spartans), Zachary Karl Grech (Pembroke Athleta), Christian Gauci (San Ġwann), Nicholas Pulis (Valletta), Carlo Zammit Lonardelli (N.K. Zrinski, Kroazja)
Midfielders: Adam Magri Overend (Santa Lucia), Mark Fenech (Naxxar Lions), Neil Frendo (attwalment bla klabb), Jamie Zerafa (Santa Lucia), David Xuereb (Hibernians), Marcus Grima (Balzan), Michele Sansone (Sliema Wanderers), Adam Bradshaw (Balzan), Jan Busuttil (Floriana), Jan Tanti (Senglea Athletic), Nevin Portelli (Tarxien Rainbows), Ayrton Attard (Hibernians)
Attakkanti: Aidan Jake Friggieri (Gudja United), Andrei Spiteri (Senglea Athletic), Omar Elouni (Sliema Wanderers), Zachary Brincat (Mosta), Alex Satariano (Sliema Wanderers)
//= $special ?>