Il-Qorti aċċettat li tneħħi s-sekwestru li għandu Yorgen Fenech, l-allegat kompliċi fl-assassinju tal-ġurnalista, Daphne Caruana Galizia, fuq l-ishma u l-assi likwidi li kien wiret.
Dan f’digriet tal-Maġistrat, Rachel Montebello, nhar it-18 ta’ Ġunju wara talba mill-avukati tiegħu u li ġie rrappurtat mill-MaltaToday.
Membru mid-difiża legali ta’ Yorgen Fenech, li tkellem mal-istess sit, qal li t-tneħħija ta’ ċertu sekwestri seħħet peress li l-prosekuzzjoni qed takkuża lis-sid ta’ 17 Black li ffinanzja reat kriminali mhux finanzjarju u mhux li għamel il-flus mill-imsemmija reat. Dan fid-dawl li l-assi tal-familja tiegħu huma kollha ffriżati.
Il-Qorti laqgħet din it-talba u ordnat li ċerti ishma u assi likwidi li huwa akkwista b’wirt m’għadhomx applikabbli taħt l-ordni maħruġa ta’ sekwestru.
//= $special ?>