Futbol Sport

Illejla fid-9pm fuq il-paġna ta’ Replay fuq Facebook | Intervista esklussiva mal-imprenditur Joseph Portelli


Ilejla fid-9pm fuq il-paġna ta’ Replay fuq Facebook, se tixxandar intervista esklussiva u interessanti ma’ wieħed mill-imprendituri ewlieni f’Malta, Joseph Portelli li hu Għawdxi.

Portelli hu l-President ta’ Nadur Youngsters f’Għawdex iżda fil-jiem li għaddew tħabbar li se jkun qed jinvesti direttament fil-klabb ta’ Ħamrun Spartans, b’mira li jerġa’ jġib lill-klabb Ħamruniż lura għas-snin tal-glorja.

F’din l-intervista ta’ Christian Micallef ma’ Portelli, se jsiru d-domandi diretti lill-imprenditur bl-għan li wieħed jifhem l-objettivi ta’ Portelli fil-futbol Malti u l-viżjoni fuq livell kummerċjali li hu għandu għall-klabb ta’ Ħamrun.