Futbol Sport

Jamie Zerafa se jkompli ma’ Santa Lucia

(Ritratt: James Galea)

Il-midfielder ta’ 22 sena Jamie Zerafa se jkompli l-esperjenza tiegħu b’mod permanenti ma’ Santa Lucia wara li fl-istaġun li għadda kien magħhom b’self.

Zerafa mistenni jiffirma kuntratt ta’ tliet snin. Dan l-istaġun l-eks plejer ta’ Balzan fost l-oħrajn lagħab 18 –il darba għal Santa Lucia u kellu rwol importanti biex il-klabb iżomm postu fil-Kampjonat Premier.

Il-prestazzjonijiet tiegħu ġew premjati mill-kowċ tat-tim Nazzjonali ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella hekk kif sejjaħlu għat-taħriġ li se jerġa’ jibda fil-5 ta’ Lulju.