Lokali

Konrad Mizzi se jżomm is-siġġu parlamentari tiegħu

Id-deputat Konrad Mizzi informa lill-iSpeaker tal-Kamra li se jibqa’ jżomm is-siġġu tiegħu fil-Parlament.

F’ittra lil Anglu Farrugia, Mizzi stqarr “se nibqa’ nuri l-lealtà lejn il-Partit Laburista fix-xogħol parlamentari tiegħi. Bil-vot tiegħi fil-Parlament, se nkompli nsostni l-isforzi tal-Gvern Laburista.”

Hu insista li l-mira tiegħu li tibqa’ tagħti l-kontribut lejn l-iżvilupp ekonomiku, u jibqa’ jagħti kontribut fil-politika, fejn se jkompli nkun il-vuċi tal-kostitwenti.

Din il-ġimgħa, l-Partit Laburista keċċa lil Konrad Mizzi mill-Grupp Parlamentari filwaqt li żamm lil Joseph Muscat.