Lokali

L-Airshow għandha ssir f’Settembru

Is-Soċjetà Maltija tal-Avjazzjoni permezz ta’ stqarrija qalet li l-Airshow li kienet pjanata li ssir din is-sena, għandha ssir f’Settembru li ġej.

Fl-istess stqarrija huma qalu li għalissa għadhom ma jafux il-post fejn eżatt ħa ssir din l-attività, madankollu jafu li din il-wirja fl-ajru se ssir fit-Tramuntana tal-pajjiż. L-MAS qalu li se jkunu qed iħabbru l-lokazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin.

Intant fl-istqarrija ngħata radd il-ħajr lil dawk kollha li qed jgħinu biex l-Airshow terġa’ tibda’ ssir mill-ġdid dan wara li l-aħħar Airshow li saret f’pajjiżna kienet saret fl-2017.

Infatti pajjiżna għamel sentejn bla wirja tal-Avjazzjoni fl-arja, b’Malta l-uniku pajjiż Ewropew li ma kellux Air show hekk kif kull pajjiż Ewropew ieħor kellu xi tip ta’ wirja.

Tags