Ekonomija Lokali Qorti Transport Turiżmu

L-ebda ftehim bejn Air Malta mal-Union tal-Piloti, bil-Qorti tiddeċiedi dwar mandat ta’ inibizzjoni

L-ebda ftehim għadu ma ġie ffinalizzat bejn l-Air Malta u l-piloti tagħha hekk kif l-I-Imħallef Toni Abela qal li se jagħti digriet kameralment dwar mandat ta’ inibizzjoni li kien tressaq mill-union tal-bdoti kontra l-linja tal-ajru.

L-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru tal-Piloti trid twaqqaf is-sensji ta’ 69 pilota kif ukoll biex oħrajn ma jispiċċawx fi grad aktar baxx hekk kif il-linja tal-ajru qed tgħid li ma tridx tkompli titlef il-flus minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Wara li ġimgħa qabel deher li ż-żewġ partijiet kienu se jaslu għall-ftehim jidher li kollox baqa’ kif kien fejn skont il-piloti, l-linja tal-ajru tidher li m’għandhiex ir-rieda li tasal għal ftehim li jagħmel ġieħ liż-żewġ partijiet.

L-Imħallef Toni Abela sema’ lill-avukati Andrè Portelli għall-ALPA u Ron Galea Cavallazzi għall-Air Malta jiskambjaw argumenti dwar l-mandat ta’ inibizzjoni f’seduta twila fil-Qorti.

Minkejja dan in-nuqqas ta’ ftehim, sorsi qrib il-Gvern qalu li sar l-aħħar attentat u l-ALPA ingħatat proposta oħra li tara lill-piloti kollha jinżammu, bix-xogħol kollu jinqasam bl-istess mod. Dan ifisser li l-paga bejn wieħed u ieħor tkun madwar nofs dak li jaqilgħu l-piloti bħalissa. Minn informazzjoni li għandna l-union tal-pilota lesta tisma’ imma b’kawtela.

Għaldaqstant kollox jindika li l-ALPA mistennija tieħu l-proposta l-ġdida lill-membri tagħha l-ġimgħa d-dieħla. Minkejja dan kollu ż-żewġ partijiet xorta għamlu l-argumenti tagħhom fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili.

L-Avukat Andrè Portelli f’isem il-piloti akkuża l-linja tal-ajru fejn qal li din qed tieħu vantaġġ mill-pandemija COVID-19 biex iġġiegħel lill-Kaptani biex jaċċetta kundizzjonijiet agħar.

Qal ukoll li ma kien hemm l-ebda forma ta’ kunsens fejn jidħlu sensji u l-varjazzjoni ta’ obbligi kunntrattwali minn naħa tal-assoċjazzjoni biex tippermetti dan kollu.

Il-Kaptan Matthew Degiorgio, pilota b’esperjenza ta’ 20 sena, bl-aħħar sentejn ikunu bħala Kaptan qal fil-Qorti li huwa wkoll irċieva l-avviż tat-tmiem il-post tax-xogħol tiegħu riċentement.

“Suppost kellna nirċievu abbozz ta’ ftehim iżda minflok irċivejna avviżi ta’ tmiem mibgħuta tard bil-lejl. L-Air Malta għamlet it-terminazzjonijiet tagħna effettiv f’nofsillejl tat-8 ta’ Ġunju. Dan wara li ġejnna imċaħħda mill-aċċess għall-rosters tagħna li kienu mneħħija.”

Kompla jgħid li l-kumitat tal-ALPA ma kellu l-ebda avviż minn qabel. “Għalina kienet sorpriża. Minn ħames membri fil-kumitat, tlieta ġew mitmuma u wieħed twaqqaf. Silvio Schembri tagħna assigurazzjonij li ħadd ma kien se jispiċċa sakemm jispiċċaw id-diskussjonijiet, li l-pakketti jkunu -sstandard tas-suq, imma jumejn wara bdejna nirċievu avviżi dwar it-tmiem mill-impieg.

“Sal-lum għandna problema peress li m’għandna l-ebda lista ta’ dawk milquta minn tnaqqis fil-grad jew sensji. Ma nafux ir-raġunijiet jew il-kriterji li fuqhom inżammu dawk li nżammu.”

Xehed ukoll l-Uffiċjal Kap tar-Riżorsi Umani għall-Air Malta, James Genovese fejn żvela li l-piloti kienu għadhom qed jitħallsu bħala Kaptani, minkejja li kienu rreġistrati bħala First Officers. Iżda l-fatt li pilota aċċetta li jtir bħala First Officer kien jirrikjedi li jitħarreġ mill-ġdid biex isir Kaptan mill-qiegħ qal Portelli.

Genovese qal li d-derogi kienu rregolati mill-ftehim kollettiv. Il-linja tal-ajru ma kinitx staqsiet lill-piloti jekk kinux jaqblu dwarha minn qabel, huwa qal dan b’ tweġiba għal serje ta’ mistoqsijiet minn naħa tal-Avukat Portelli, u li lanqas ma’ kien ikkonsulta mad-Dipartiment dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u x-Xogħol (DIER) qabel it-tkeċċijiet.

“Konna qed inħallsu bejn €5 u 7000 għal kull titjira. Ma nistax inħallas dak l-ammont għal 10 sigħat xogħol. M’aħniex nagħmlu titjiriet ħlief ta’ ripatrijazzjoni.”

Tenna li dawk li inżammu huma l-iktar piloti anzjani. 30 pilota ma kellhom l-ebda tibdil fil-kundizzjonijiet tagħhom, 32 tniżżlu fil-grad u 69 tkeċċew. Il-kriterji użati fis-sensji kienu li min daħal l-aħħar jispiċċa ewwel, qal Genovese.

Il-Piloti qed jargumentaw li ma ngħatawx il-kriterji għall-għażla u l-lista biex tara jekk ġewx segwiti jew le u li seta kien hemm diskriminazzjoni.
Fis-7 ta ‘April bdew is-sensji b’mod kollettiv. L-ALPA bdiet diskussjonijiet mal-kumpanija u qalulha li 108 pilot kienu se jispiċċaw barra. Iżda d-diskussjonijiet kienu dwar kwistjonijiet mhux relatati mal-COVID.

Wieħed mill-Kaptan li spiċċa downgraded, Carmel Borg Guiliano, spjega li t-taħriġ tiegħu kien se jintrema’ wara li tniżżel fil-grad. “Jekk nagħżel li mmur ma’ linja tal-ajru oħra, jkolli naħdem bħala First Officer u rrid nerġa’ nieħu t-taħriġ kollu biex insir kaptan mill-ġdid. Il-fatt li spiċċajna demoted jirrifletti ħażin fuq ir-reputazzjoni tagħhna,” huwa qal.

L-Avukat Galea Cavallazzi qal fil-Qorti li l-Kaptani li tnaqqsilhom il-grad ma sofrew l-ebda tnaqqis fil-paga bażika jew fl-allowances tagħhom. Dak li kien qed iseħħ fid-dinja il-preżent, b’mod partikolar fl-industrija tal-avjazzjoni b’mod partikolari ma setax jiġi injorat, huwa sostna, filwaqt li insista li t-terminazzjonijiet u t-tnaqqis fil-gradi kienu meħtieġa.

“L-għażla kienet waħda, jew li tinżel għall-First Officer jew li tispiċċa bla xogħol. Issa jekk ma tridx ittir bħala First Officer minħabba li tippreġudika l-pożizzjoni tal-grad tiegħek, int liberu li titlaq.

“Ma naħsibx li l-preġudizzju huwa tali li jaffettwa l-prospetti tax-xogħol tiegħek … L-Air Malta ma biddlitx il-kundizzjonijiet tax-xogħol tiegħek.” qal l-Avukat tal-kumpanija. Il-Qorti aġġornat is-seduta għal digriet li mistenni jiġi kommunikat fis-sigħat jew ġranet li ġejjin.