Lokali

L-ebda każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna

Matul l-aħħar 24 siegħa, ma ġie rreġistrat l-ebda każ ġdid f’pajjiżna. Minn naħa l-oħra, fl-aħħar sigħat fiqu 3 persuni.

B’hekk, skont l-aħħar aġġornament mill-Ministeru tas-Saħħa fuq Facebook, iċ-ċifra ta’ każi pożittivi baqgħet 670, filwaqt li dawk li fiequ telgħu għal 635, bil-każi attivi jinżlu għal 26.

Fl-aħħar 24 siegħa saru 870 swab, biex issa t-total ta’ swabs li saru f’pajjiżna qabeż it-93,000.