Futbol Sport

Lazio lura għar-rebħ biex iżommu t-tamiet għar-rebħ tal-kampjonat ħajjin

(Ritratt: EPA)

Wara li nhar l-Erbgħa tilfu kontra Atalant, Lazio fi Stadio Olimpico rebħu 2-1 kontra Fiorentina biex b’hekk żammew il-pass ma’ Juventus fit-tellieqa għar-rebħ tal-kampjonat. Fiorentina fetħu tajjeb u wara 25 minuta marru fil-vantaġġ permezz tal-veteran Franċiż FRANCK RIBERY.

Fit-tieni taqsima Lazio ħarġu aħjar u fis-66 minuta ngħataw penalty wara li Dragowski waqqa’ lil Caicedo fil-kaxxa, b’CIRO IMMOBILE minn ħdax –il metru ma żbaljax biex ġieb id-draw.

Lazio komplew jiddettaw il-partita u seba’ minuti mit-tmiem marru fil-vantaġġ permezz ta’ LUIS ALBERTO li b’xutt minn barra l-kaxxa għeleb lil Strakosha. Fiorentina spiċċaw il-partita bi plejer anqas wara li tkeċċa Dusan Vlahovic.