Formula 1 Sport

Lewis Hamilton jikkundanna l-kummenti ta’ Ecclestone

(Ritratt: EPA)

Iċ-champion tal-Formula 1 Lewis Hamilton ikkundanna u ddeskriva l-kummenti razzjali ta’ Ecclestone bħala kummenti ta’ injoranza. F’intervistà mal-midja Amerikana, Ecclestone qal li f’ħafna mis-sitwazzjonijiet il-persuni ta’ karnaġjon skur huma aktar razzisti minn persuni b’karnaġjon ċar.

B’mod immedjat il-Formula 1 iddistanzaw rwieħhom minn danw il-kummenti. Nhar il-Ħamis, iċ-Chairman tal-Formula 1 Chase Carey ta donazzjoni ta’ ftit aktar minn miljun ewro għall-fondazzjoni li qed tiprromovi d-diversità fl-isport.

Fi staqrrija l-Formula 1 qalet li f’era fejn qegħdin niġġieldu l-ġlieda kontra r-razzismu dawn il-kummenti huma bl-aktar mod ikkundannati. Il-ġimgħa l-oħra, Lewis Hamilton nieda kummissjoni biex tgħin aktar nies li għandhom karnaġjon skur jintegraw ruħhom aħjar fl-isport tal-motorsport.