Internazzjonali

Micheal Martin jinħatar bħala Prim Ministru Irlandiż

Tissokta t-taqtigħa politika fir-Repubblika Irlandiża dan hekk kif f’sitwazzjoni straordinarja, dak li kien il-Kap tal-Oppożizzjoni… Micheal Martin inħatar Prim Ministru. Dan kollu qiegħed isir wara koalizzjoni deskritta mingħajr preċedent mar-rivali Fine Gael, kif ukoll ma’ Partit alternattiv ieħor, biex jiffurmaw il-gvern il-ġdid fir-Repubblika tal-Irlanda.

Taħt it-termini ta’ ftehim ta’ koalizzjoni, hu se jkollu l-impjieg sal-2022, meta mbagħad ser jerġa’ lura  l-predeċessur tiegħu, Leo Varadkar.