Lokali

Preżentat il-Kunsill il-ġdid tal-IĠM

Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) preżenta l-membri l-ġodda tal-Kunsill. Dan jinkludu lill-ġurnalista ta’ Net News Christine Amaira.

F’dan il-Kunsill hemm rappreżentati 6 Kmamar tal-Aħbarijiet differenti, fosthom il-kollega Charles Camenzuli li ilu snin twal iservi fl-Istitut.

Hemm ukoll 3 membri femminili f’dan il-Kunsill tal-IĠM; l-akbar rappreżentanza fi 30 sena ta’ storja.

L-IĠM ilbieraħ preżenta wkoll il-loġo il-ġdid tal-Istitut.