Lokali Unjoni Ewropea

Roberta Metsola tinħatar f’bord ta’ Think Tank Ewropew

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola għadha kemm inħatret f’bord ta’ Think Tank bl-isem tal-Friend of Europe.

Uħud mill-għanjiet ta’ dan it-Think Tank huma li jkun hemm aktar ħarsien lejn l-ambjent tagħna, li titnaqqas id-dipendenza tal-Ewropej fuq il-plastik, li jkun hemm żviluppi ta’ teknoloġija ġdida li minnhom igawdu l-ħafna li ssir dejjem il-ġustizzja u kif ukoll li jiżdied ir-rispett lejn is-saltna tad-dritt.

Roberta Metsola qalet li bħal dejjem se tagħmel dak kollu possibbli biex permezz ta’ din il-pożizzjoni Malta u Għawdex, flimkien mal-kumplament tal-Unjoni jigwadanjaw mid-deċizzjonijiet li se jittieħdu.