Internazzjonali

‘The Simpsons’ b’tibdil fl-ilħna tal-karattri

Mhux ser jibqgħu jintużaw ilħna ta’ persuni bojod għal karattri ta’ persuni b’etniċitajiet oħra fis-sensiela ‘The Simpsons’. Dan ġie mħabbar mit-tim tal-produzzjoni tal-istess cartoons.

Din l-aħbar ingħatat kemm minħabba li l-attur Hank Azaria mhux ser jibqa’ jinterpreta l-karattru tal-Indjan-Amerikan Apu minħabba sterjotip razzjali kif ukoll b’rabta mal-kampanja Black Lives Matter

Fi stqarrija maħruġa mill-istazzjon Fox News, li fuqu jixxandar The Simpsons, ma ntqalx jekk karattri ta’ etniċitajiet differenti li jieħdu sehem f’din is-sensiela, humiex ser jibqgħu jintużaw.