Internazzjonali

Trump jiffirma ordni biex l-istatwi storiċi fl-Istati Uniti jkunu protetti

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump iffirma ordni eżekuttiva li dawk li jagħmlu xi forma ta’ danni fuq statwi pubbliċi u storiċi jaffaċjaw il-ġustizzja, ġustizzja li issa taf twassal sa anki snin il-ħabs.

Fl-aħħar jiem fl-Istati Uniti kien hemm numru ta’ protesti wara l-qtil ta’ George Floyd, li fl-eventwalità żviluppaw f’marmalji ta’ nies li kissru numru ta’ statwi storiċi, bi Trump jgħid li “dawn l-attakki huma fuq dak personaġġi storiċi li għamlu lill-Istati Uniti tal-lum.”

Trump qal li dawn l-attakki qed juru biċ-ċar kemm hemm injoranza storika fil-pajjiż.