Lokali

Arrestat wara li ħebb għal raġel b’sikkina

Ritratt: Mill-Arkivji

F’każ separat, Eġizzjan ta’ 44 sena ġie arrestat wara li kien involut f’argument f’San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.30 tal-Ħadd filgħodu fi stabbilliment fi Triq Isouard fejn minn investigazzjonijiet preliminari tal-Pulizija rriżulta s-suspettat allegatament uża oġġett jaqta’ u bil-ponta waqt argument ma’ Eġizzjan ta’ 50 sena li tħalla midrub fil-ħanut filwaqt li l-aggressur ħarab minn fuq il-post fejn sussegwentament instab ftit tas-sigħat wara instab ħdejn ir-residenza tiegħu.

Fuq il-post ġie imsejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 50 sena l-isptar Mater Dei ghal aktar kura fejn ġie ċertifikat li sofra minn ġrieħi ħfief.

Intant  Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joe Mifsud LL.D li ħatar Inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.