Futbol Sport

Magħrufa t-timijiet ikkwalifikati u l-logħbiet tas-semifinali tal-FA Cup

(Ritratt: EPA)

Arsenal, Chelsea u Manchester City ingħaqdu ma’ Manchester United fis-semifinali tal-FA Cup. Arsenal għelbu lil Sheffield United 2-1 b’mod drammatiku. Il-Gunners fetħu l-iskor fil-25 minuta minn penalty ta’ Nicolas Pepe wara fawl fuq Alexandre Lacazette. Sheffield United ġabu d-draw fis-87 minuta permezz ta’ David McGoldrick wara żball fid-difiża tat-tim ta’ Arteta. Iżda l-gowl tar-rebħa għal Arsenal wasal b’xutt fil-baxx ta’ Dani Ceballos.

Chelsea rebħu 1-0 fil-King Power Stadium kontra Leicester. Ross Barkley skorja l-gowl tar-rebħa fit-63 minuta b’xutt mill-ewwel wara kross ta’ Willian.

Manchester City eliminaw lil Newcastle b’rebħa ta’ 2-0 f’St. James’ Park. Kevin de Bruyne fetaħ l-iskor fis-37 minuta minn penalty biex Raheem Sterling irdoppja fit-68 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa li spiċċa fir-rokna.

Fis-semifinali Manchester United telgħu biex jilagħbu kontra Chelsea filwaqt li Arsenal se jilagħbu kontra Manchester United. Il-logħbiet huma skedati għat-18 jew fid-19 ta’ Lulju u se jintlagħbu f’Wembley Stadium bil-bibien magħluqa. Il-finali tintlagħab fl-1 ta’ Awwissu.

Tags