Lokali

Għat-tieni jum konsekuttiv, l-ebda każ ġdid ta’ covid-19

Matul l-aħħar 24 siegħa, għat-tieni jum konsekuttiv, ma ġie rreġistrat l-ebda każ ġdid f’pajjiżna. Minn naħa l-oħra, fl-aħħar sigħat fieqet persuna.

Skont l-aħħar aġġornament mill-Ministeru tas-Saħħa fuq Facebook, iċ-ċifra ta’ każi pożittivi bħalissa hija ta’ 670, filwaqt li dawk li fiequ telgħu għal 636, bil-każi attivi jinżlu għal 25.

Fl-aħħar 24 siegħa saru 661 swab, biex issa t-total ta’ swabs li saru f’pajjiżna qabeż l-94,000.