Futbol Sport

Milan jegħlbu lil Roma b’żewġ gowls fl-aħħar kwarta

(Ritratt: EPA)

Milan kisbu rebħa importanti ta’ 2-0 f’darhom kontra Roma biex saħħew it-tamiet li jiksbu post fl-Europa League staġun ieħor. Għal Roma din it-telfa tħallihom aktar distakkati minn ma’ Atalanta fit-taqtigħa għal post fil-UEFA Champions League. Din kienet l-ewwel darba mill-2004 li Milan rebħu ż-żewġ logħbiet kontra Roma fi staġun wieħed.

ANTE REBIC fetaħ l-iskor fis-76 minuta meta wara li Antonio Mirante salvalu x-xutt bl-għajnuna tal-wieqfa, l-istess Kroat skorja b’konklużjoni mill-viċin. Milan għalqu l-logħba fid-89 minuta meta ngħataw penalty għal fawl fil-kaxxa ta’ Chris Smalling fuq Theo Hernandez. Mill-11-il metru HAKAN CALHANOGLU għeleb lil Mirante.