Lokali

Tfajjel ta’ 4 snin jittieħed l-isptar wara inċident f’lukanda

Tfajjel ta’ 4 snin kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li għal xi raġuni spiċċa waqa’ f’pixxina. Il-każ seħħ ftit wara s-sagħtejn tal-Ħadd waranofsinhar fil-lukanda San Anton, fi Triq ir-Ramel, f’San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post minnufih ġie msejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-vittma li ttieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza.

Fortunatament t-tifel ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi ħfief.