Lokali

Żagħżugħ jitlef ħajtu kawża ta’ overdose

Żagħżugħ ta’ madwar 30 sena nstab mejjet wara li spiċċa vittma ta’ overdose.

Il-każ seħħ fi Triq l-Inkurunazzjoni, f’Ħaż-Żabbar – fejn mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga flimkien ma’ dawk tad-distrett.

Minkejja li Net News jinsab infurmat bid-dettalji tal-vittma, ittieħdet id-deċiżjoni li dawn ma jiġux ippubblikati b’rispett lejh u l-qraba.