Lokali

Akkużi ġodda fuq il-Ministri ta’ Abela

Ifeggu allegazzjonijiet godda li qed ikomplu jcappsu lill-Gvern ta’ Robert Abela; allegazzjonijiet li hargu fl-istess jum li fih il-Prim Ministru stqarr illi ma jafx min hu s-sid tal-kumpanija sigrieta Macbridge.

Macbridge, bhal 17 Black, kienet maghzula biex taghmel trazazzjonijiet minn u lejn il-kumpaniji sigrieti ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri – fatt li huwa dokumentat bi provi cari li johorgu minn emails li kienu inkixfu.

Fil-fatt, sentejn ilu kien sar magħruf li l-kumpanija 17 Black ta’ Yorgen Fenech, u l-kumpanija bl-isem Macbridge li s-sid tagħha ma nafux min hu, kienu se jgħaddu miljuni lill-kumpaniji Tillgate u Hearnville.

Apparti li fl-intervista tal-Ħadd Robert Abela qal li ma jafx ta’ min hi Macbridge…insista li hu jemmen fil-governanza tajba.

…u ftit wara li lissen dawn il-kliem, Robert Abela rega’ qed ikun affacjat b’akkuzi serjissimi.

Issa, qed jingħad li wieħed mill-Ministri tiegħu kellu storja ma’ wieħed mill-persuni akkużati bl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. U agħar minn hekk, qed ikun allegat li Segretarju Parlamentari kellha jew kellu relazzjoni intima mas-sid ta’ 17 Black Yorgen Fenech. Fost dawk li qed jagħmlu dawn l-allegazzjonijiet serji immens hemm it-tifel ta’ Caruana Galizia, Paul Caruana Galizia….li fuq Twitter qal ukoll li Ministru baqa’ f’kuntatt ma’ Fenech anke wara l-assassinju.