Lokali

“Determinazzjoni” – inizjattiva ġbir ta’ fondi mill-PN

Għall-ħabta tal-16.00 ngħata bidu għall-Maratona ġbir ta’ Fondi tal-Partit Nazzjonalista bl-isem ta’ ‘Determinazzjoni’… maratona li se tkun mifruxa fuq jumejn,

Matul din il-maratona qed ikunu mfakkra l-avvenimenti storiċi tal-Imnarja tal-1982 fuq ukoll il-50 sena mill-ewwel edizzjoni ta’ In-Nazzjon.

F’diskors tal-ftuħ, il-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit Robert Arrigo, spjega li qed ikun previst li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija kummerċjali tal-Partit Nazzjonalista tkun ħafna aħjar mis-snin li għaddew. Dan hekk kif it-telf mistenni jkun ħafna inqas mis-snin preċedenti, filwaqt li s-sena d-dieħla mistenni jkun kważi xejn jew xejn.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius qal li l-avvenimenti storiċi li seħħew lura fl-1982 sawru l-istorja tal-PN. Qal li llum għandna mezz ieħor ta’ kif inwasslu l-messaġġ tagħna… il-media tal-Partit Nazzjonalista li b’determinazzjoni u għaqda qed tkun il-vuċi tal-poplu Malti kollu. Fid-dawl ta’ dan kollu huwa rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Partit Nazzjonalista għall-ħidma sfiqa tagħhom.

L-istess ringrazzjament wasal ukoll mis-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech…illi minn naħa tiegħu ffoka l-intervent tiegħu fuq il-proċess ta’ riforma fil-PN illi se jiskatta mal-ewwel, fi ftit jiem oħra, biex jibdew jiġġeddu l-istrutturi. Ħalli mbghad f’Ottubru jerġa’ jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali.