Futbol Sport

Enzo Ruiz jiffirma kuntratt ġdid ma’ Floriana

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Id-difensur Enzo Ruiz se jkompli l-karriera tiegħu f’pajjiżna u ma’ Floriana hekk kif iffirma kuntratt ta’ sentejn maċ-champions lokali. Ruiz li għandu 31 sena, lagħab l-aħħar erba’ staġuni ma’ Floriana u f’dan il-perjodu minbarra li sar kolonna fid-difiża tat-tim tiegħu, ġie rikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa difensuri fil-kampjonat.

Fl-erba’ staġuni li ilu f’pajjiżna, Ruiz rebaħ ma’ Floriana darba l-FA Trophy fejn anki skorja fil-finali, darba s-Super Cup kif ukoll il-kampjonat, bil-preżentazzjoni tat-trofew se ssir is-Sibt li ġej wara d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-MFA x-xahar li għadda.