Lokali

Fekruna tal-ilma baħar tinstab bla ħajja

Mhux ċert x'wassal għal dan.

Fekruna tal-ilma baħar instabet bla ħajja fuq il-blat biswit il-baħar f’pajjiżna.

Il-persuna li lemħet il-fekruna innotat materjal ta’ qasba tas-sajf madwar saqajha. Mhux ċert li dan il-materjal wassal għal mewt ta’ din il-fekruna. Madanakollu, l-istess persuna li tefgħet ir-ritratt ħeġġet għal iktar attenzjoni biex jitnaqqas il-plastik li jintrema bl-addoċċ u li fl-aħħar mill-aħħar jispiċċa fil-baħar.

F’riċerka li saret fl-aħħar snin, jidher li 50% tal-fkieren qed imutu minħabba l-plastik, kemm minħabba xi feriti li jsofru u oħrajn għax jikluh hekk kif jaħsbuh bram.