Internazzjonali

Franza: Ħabs għall-eks Prim Ministru Fillon wara ħlas lil martu għal xogħol ‘ineżistenti’

L-eks Prim Ministru Franċiż, Francois Fillon, u martu, Penelope, instabu ħatja dwar skandlu li kien jinvolvi xogħol ineżistenti għall-iskaptu tal-Istat.

Fillon weħel ħames snin ħabs – tlieta minnhom sospiżi – dwar l-akkużi li ħallas lil martu mijiet ta’ eluf ta’ ewro għal xogħol li  qatt ma għamlet fi żmien meta hi kienet impjegata bħala assistenta tiegħu.

Intant, martu weħlet sentenza sospiża ta’ tliet snin ħabs, fejn insabet ħatja wkoll dwar kompliċità fi frodi relatata ma’ fondi pubbliċi. Fillon u martu anki kienu mmultati mat-375,000 ewro.

L-iskandku kien ir-raġuni prinċipali wara l-falliment tal-impenn ta’ Fillon, b’2017, biex isir il-President ta’ Franza – biċ-ċirkustanzi jwittu t-triq għal Emmanuel Macron ( il-President Franċiż attwali) biex jirbaħ l-elezzjoni.

L-allegazzjonijiet konnessi mal-iskandklu kissru l-karriera politika ta’ Fillon, eks kandidat taċ-ċentru-xellug, bil-verdett tal-bieraħ jintlaħaq proprju tliet snin wara li sfaxxat il-kampanja tiegħu għall-Presidenza.