Coronavirus Internazzjonali

Hebei fiċ-Ċina mill-ġdid f’lockdown

Iċ-Ċina reġgħet imponiet lockdown strett qrib fil-provinċja ta’ Hebein qrib Beijing. Hu kkalkulat li dawn ir-restrizzjonijiet qed jaffetwaw madwar 400,000 persuna. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara żieda żgħira fil-każi ta’ COVID-19.

Wara li din l-imxija bdiet fiċ-Ċina fl-aħħar tas-sena l-oħra, il-pajjiż irnexxielu jżomm il-numru ta’ infezzjonijiet ġodda f’livell baxx. Madanakollu, biex tiġi evitata t-tieni mewġa, anke żidiet żgħar fil-każi qed jittieħdu bis-serjetà mill-awtoritajiet tas-saħħa tal-pajjiż.