Lokali

Jinqaleb trailer fil-Marsa-Ħamrun bypass

Minn informazzjoni li għadha kif waslitilna jidher li trailer inqaleb fil-bypass li mill-Marsa tagħti għall-Ħamrun, bil-konsegwenza li dan ġie fuq il-ġenb tiegħu.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13.30.

Fuq il-post marru l-Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili biex inaddfu l-kwantità kbira ta’ diesel li ħareġ fit-triq.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.