Lokali

L-ALPA trid li jintlaħaq ftehim

Ritratt: Matthew Tabone

Permezz ta’ stqarrija l-Assoċjazzjoni tal-piloti f’Malta (ALPA) qalet li trid tkompli bid-diskussjonjiet mal-Air Malta u dawk konċernati biex jintlaħaq ftehim li jħares lil-linja Nazzjonali tal-Ajru.

Hija qalet li llum itella’ EGM tal-ALPA li ddiskuta fost l-oħrajn din il-materja, fejn fost l-oħrajn il-membri eletti saħqu li għandhom fiduċja fit-tmexxija tal-Assoċjazzjoni.

L-istqarrija qalet li fl-interess tat-trasparenza u r-responsabbiltà, il-proposti finali, kif riċevuti mill-Air Malta, meta ġew preżentati, dawn il-proposti ma ntlaqawx daqstant tajjeb mill-membri preżenti.

L-ALPA saħqet li iżda se tkompli tfittex li jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ naħat konċernati.