Futbol Sport

Nicola Leone jsir it-tielet akkwist ta’ Floriana

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Floriana kkonfermaw l-akkwist tal-midfielder Taljan Nicola Leone. L-aħbar oriġinarjament kienet żvelata fuq il-paġna ta’ Replay fuq facebook ftit jiem ilu. Din mhux se tkun l-ewwel esperjenza ta’ Leone fil-Kampjonat Premier hekk kif fl-istaġun li għadda lagħab ma’ Ħamrun Spartans.

Għalkemm il-Ħamruniżi kienu fid-disa’ post sakemm twaqqaf il-kampjonat fl-istaġun li għadda, Leone kien wieħed mill-aktar plejers konsistenti fit-tim. Il-midfielder skorja tliet gowls f’19-il logħba fil-kampjonat.

Dan hu t-tielet akkwist ta’ Floriana wara Flavio Cheveresan u Siraj Eddin Arab. Iċ-champions lokali qed jippreparaw biex f’Awwissu jilagħbu fl-ewwel rawnd tal-UEFA Champions League.