Lokali

“Raġel ma nafux salvali ħajti”

“Imnalla sab lili u mhux lil mara anzjana għax kieku kien joqtolha“

Hekk stqarret maghna Speranza Cauchi, omm ta’ 36 sena, li s-Sibt filgħodu sfat attakkata minn raġel fit-triq l-Irmiġġ fl-Imsida.

Il-mara rrakkontat magħna illi waqt li marret tixtri, raġel ġera għal warajha bil-konsegweza li ta xebgħa u waqgħet mal-art.

Dak il-ħin Speranza ntilfet minn sensiha u sabet ruħha l-Isptar Mater Dei ssofri minn diversi ġrieħi fosthom f’wiċċha u f’idejha. Fortunatmanet it-tifel tagħha, ta’ 11-il sena, ma rax dan kollu għax kien qed jistenna lil ommu wara l-bieb ta’ barra. Speranza tirringrazzja lil raġel li ma tafux…u li ta l-ewwel għajnuna u salvalha ħajjitha.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia għamel żjara lil din il-mara fejn offriela s-sostenn u l-għajnuna kollha possibbli min-naħa tiegħu.

Il-familjari ta’ Speranza provaw jikkuntattjaw lill-uffiċċju tal-Prim Ministru sabiex jingħataw għajnuna finazjajra ħalli Speranza tkun tista’ tingħata l-kura meħtieġa. Iżda, wara jumejn… s’issa għadhom ma reċevew ebda risposta.