Futbol Sport

Real Madrid jitilgħu fil-quċċata ta’ La Liga b’sitt logħbiet għat-tmiem

(Ritratt: EPA)

Real Madrid jinsabu waħedhom fil-quċċata ta’ La Liga wara li tħabtu biex għelbu lil Espanyol 1-0. Il-Madrileni jinsabu b’71 punt, tnejn aktar minn Barcelona b’sitt logħbiet għal tmiem il-kampjonat.

Il-gowl li fired liż-żewġ timijiet wasal eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, b’Karim Benzema juri l-kwalità tiegħu billi qassam bit-takkuna, għadda l-ballun minn taħt saqajn plejer lejn Casemiro, bil-Brażiljan jiskorja mill-viċin.

Din kienet il-ħames rebħa konsekuttiva għal Real Madrid minn meta reġa’ tkompla l-kampjonat. Huma ħadu vantaġġ mit-tieni draw ta’ Barcelona fi tliet logħbiet, bil-Katalani jilagħbu t-Tlieta f’konfront mistenni kontra Atletico Madrid. Espanyol fuq in-naħa l-oħra jinsabu f’sitwazzjoni prekarja hekk kif jinsabu 10 punti bogħod mis-salvazzjoni wara 26 sena fl-ogħla diviżjoni Spanjola.