Lokali

Rewwixta fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far

Persuni miżmuma wara li kkawżaw ħsarat

Aktar kmieni illum, il-Pulizija arrestaw numru ta’ immigranti wara li kkawżaw ħsarat fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far.

Matul il-lejl, il-Pulizija kienet infurmata li f’Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far, kien hemm numru ta’ immigranti li kienu bdew jipprotestaw.

Mal-ħin il-protesta ma baqgħetx waħda paċifika u għalhekk issejħu l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU), tal-iSpecial Intervention Unit (SIU) u tad-Distrett sabiex tingħata l-assistenza meħtieġa.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru, il-Pulizija żammet 11-il persuna.

Dawn l-immigranti ġew arrestati u ttieħdu l-lockup fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana.

Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ filwaqt li l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.