Lokali Qorti

Tinżamm arrestata fuq akkużi li ħebbet għall-ġara

Paniku sħiħ fl-awla hekk kif il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ma tgħatx residenza alternattiva fejn l-akkużata tista’ tmur tgħix.

Mona Ibrahim Mahmoud ta’ 36 sena qed tkun akkużata li ħebbet għall-ġara, Wilidana Cassar filwaqt li heddet lilha u lil qrabatha b’sikkina. L-akkużata tgħix f’ħanut tal-ikel u x-xorb, liema post mhux liċenzjat.

Minn naħa tagħha, l-akkużata qalet li kemm-il darba kellha xi tgħid mal-ġirien għax qed jagħmlulha ħajjitha diffiċli.

Wara diversi mistoqsijiet li saru mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, ittieħdet deċiżjoni mill-Qorti li l-akkużata għandha tinżamm fil-faċilità Korrettiva ta’ Kordin.