Futbol Sport

Uffiċjali l-bdil bejn Arthur u Pjanic

(Ritratt: EPA)

Juventus laħqu ftehim b’mod uffiċjali ma’ Barcelona għall-akkwist ta’ Arthur. Iċ-champions Taljani se jakkwistaw lill-midfielder Brażiljan għas-somma ta’ €72 miljun flimkien ma’ €10 miljuni f’bonus. Hu se jibqa’ ma’ Barcelona sakemm jintemm l-istaġun tal-Katalani. Arthur ingħaqad ma’ Barcelona mingħand Gremio fis-sajf ta’ sentejn ilu u sa issa lagħab 72 logħba magħhom. Il-Brażiljan ta’ 23 sena rebaħ darbtejn il-kampjonat Spanjol u t-Tazza tar-Re.

Tħabbar ukoll it-trasferiment ta’ Miralem Pjanic ma’ Barcelona għal €60 miljun. Pjanic li għandu 30 sena, lagħab ma’ Juventus fl-aħħar erba’ staġuni u rebaħ tliet darbiet is-Serie A, darbtejn il-Coppa Italia u darba s-Supercoppa Italiana.