Lokali Newsdesk

Abbużi kbar fil-kumpaniji li jixtru l-apparat mediku

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Caludette Buttigieg qalet li għandhom jitwaqqfu l-abbużi kbar li qed isiru fil-kumpaniji li Vitals xtraw biex jixtru l-apparat mediku.

Fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li l-livelli għandhom jinkludu wkoll il-proċess ta’ kif is-sir ix-xiri tal-mediċini. Hi tkellmet dwar il-ftehim ma’ Vitals u sosniet li Vitals xtraw kumpanija Maltija li timporta l-mediċini u l-apparat mediku, ħolqu kumpanija sigrieta f’Jersey u straw il-kumpanija Technoline għal €5 miljuni. Vitals għażlu persuna biex minn warajh isiru ċertu affarijiet li hxu dejjem ikunu kif suppost.

Dawn qabbdu lis-sales and marketing manager tal-kumpanija u wżawh biex ħoloq kumpanija tiegħu u nħolqot struttura oħra. Din ma kienitx parti mill-ftehim mal-Vitals għaliex dawn ħolqu xibka u qarnita.

Għandha tingħata spjega kif it-tliet sptarijiet ewlenin li jagħmlu li jixtru kumpanija li se tipprovdilhom is-serizzi kollha hi. Il-VHG tat l-esklussiva lill-kumpanija Techonline; din hi xi ħaġa llegali fl-UE.

Il-PN lest jaħdem mal-gvern biex dawn il-każi kollha marbuta mal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet jieqaf. Meta l-VGH telqu minn Malta ħallew dejn ta’ €55 miljun, sostniet Claudette Buttigieg, li kompla li Malta kienet il-pajjiż fejn kienu qed jiġu ttestjati dawn l-affarijiet qabel isiru f’pajjiżi oħra.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li Techonline ma kienitx l-uniku kumpanija mixtrija biex ikunu assigurat iktar profitti għaliex xahrejn qabel inxtrat kumpanija oħra li tissupplixxi l-apparat mediku. Din il-kumpanija tipprovdi materjal għall-kanċer; liema materjal iqum ħafna flus. Dan hu abbuż serju għaliex il-kumpanija għadhom jagħmlu l-flus; fejn qed imorru dawn il-flus li ġejjin mit-taxxi tal-poplu?

Claudette Butttigieg appellat biex min irid iwaqqaf din in-nixxiegħa ta’ flus għandu jitkellem biex jinbidlu l-affarijiet.