Il-ħalliel daħal wara l-bank u seraq il-flus mill-cash register
Ħadd ma weġġa f’serqa li seħħet f’ħanut fi Triq Manoel de Vilhena, il-Gżira, viċin il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu.
Jidher li l-kaxxiera kienet aljenata meta ħalliel, li ma kienx armat, daħal wara l-bank u seraq ammont ta’ flus mill-cash register.
Il-Pulizija, li ġiet infurmata għall-ħabta ta’ 12.05pm bil-każ, għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
//= $special ?>