Lokali

Bosta sidien ta’ negozji jinsabu mħassba

Bosta sidien ta’ negozji li tul l-eqqel tal-pandemija tal-Covid-19 kellhom jagħlqu l-bibien tagħhom temporanjament jinsabu mħassba ferm dwar kif ser ikunu qed jibdew idawwru r-rota ekonomika tagħhom.

F’dawn l-aħħar jiem sidien ta’ negozji li tkellmu ma’ Net News saħqu li qed isibuha ferm diffiċli sabiex jiġbdu l-konsumaturi lejhom …..fosthom ħwienet tal-ġojjellerija, żraben u ghamara tad-dar. Dan sforz li l-pubbliku għadu qiegħed joqgħod lura li jonfoq….minħabba fost oħrajn id-daqqa finanzjarja li l-familji Maltin u Għawdxin sofrew tul ix-xhur tal-pandemija, u għaldaqstant jaħsbuha darbtejn biex jixtru.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri ħabbar li mill-ġimgħa d-dieħla ser jibdew jitqassmu l-€100 vouchers lil kull resident fil-Gżejjer Maltin li għandu ‘il fuq minn 16-il sena. Madanakollu €20 biss ser ikunu dedikati għal dawn in-negozji u stabbilimenti li tul dawn ix-xhur ġew ordnati jissospendu xogħolhom.

Meta mistoqsi minn Net News jekk dan l-ammont hux biżżejjed sabiex il-Gvern isostni dawn in-negozji kif ukoll jħajjar lin-nies joħorġu jixtru, Silvio Schembri donnu mhux inkwetat daqstant…ghaliex mhux l-ewwel darba li dawn il-hwienet kienu f’sitwazzjoni simili.

Intant, tul din il-ġimgħa l-ħwienet u l-istabbilimenti ser ikunu qed jirċievu ittra sabiex ikunu jafu jekk humiex eliġġibli jew le sabiex jaċċettaw dawn il-vouchers.

Biex japplikaw iridu jagħmlu dan online …u ser ikunu qed jiġu ċċarġjati ewro biex jiftħu l-kont tagħhom.